Kumitat Festi Esterni
Il-Festa f'Hal Qormi minn dejjem kienet importanti, tant li fil-bibjoteka ta' Malta nsibu li meta l-Granmastru Pinto kien se jiehu l-pussess l-Imdina ghadda minn Hal Qormi u sab lil Qriema jisparaw l-Maskli. Izda biex torganizza festa zgur li trid ghaqda responsabbli. Minn dejjem kien hawn gruppi ta' nies li kienu nteressati ghalhekk fil-bidu tas-seklu inhass il-bzonn li titwaqqaf ghaqda li l-iskop ewlieni taghha jkun l-organizzazzjoni tal-festa esterna ta' San Gorg. Il-kumitat tal-Festa twaqqaf nhar l-Imnarja tas-sena 1919, bl-approvazzjoni ta' l-Isqof ta' dak iz-zmien, l-E.T.Dun Mauro Caruana, bl-iskop li jiehu hsieb il-festa esterna ta' San Gorg. Dak iz-zmien li fih twaqqaf kien responsabbli anke min-nar. Fil-fatt nistghu nghidu li kien il-kumitat festi esterni li gab l-ewwel esperti tal-loghob tan-nar Sqallin. Illum il-gurnata l-ghaqda tan-nar hija awtonoma pero l-kumitat jaghti donazzjoni liz-zewg baned tal-parrocca San Gorg Matri u Anici. Il-kumitat huwa responsabbli ghal baned barranin f'Jum il-Festa.
Il-Kumitat hu responsabbli ukoll mill-armar u d-dawl tat-toroq. Fost dan l-armar nsibu statwi u statwarji l-aktar maghrufa fi gziritna fosthom Karlu Diacono, Censu Cremona, Karmenu Mallia, maghruf bhala l-Lhudi li kien qormi u anke membru fl-istess Kumitat. Kull min jigi jzur l-Belt Pinto f'jum il-festa jsib it-toroq kollha b'armar mill-aqwa. Fost l-ahjar xogholijiet insibu l-palk principali bl-istatwa tal-Granmastru Pinto, xoghol, Karlu Darmanin. Dan il-palk jintuza biex il-banda tkun tista' taghmel il-programm fuqu f'Jum il-Festa. Xoghol sabih fl-injam, bla dubju - l-armar ta' gol-pjazza San Frangisk fejn insibu sett trofej u gastri, bl-istatwa ta' San Gorg riekeb iz-ziemel tiddominaw fin-nofs. iz-zuntier tal-knisja arcipretali jigi mzejjen bi statwi sbieh ta' omm u missier San Gorg, xoghol ta' Censu Cremona. Xoghol ta' pregju iehor hu l-kuruna li tittella' quddiem il-knisja. Din inhadmet fil-Belt Valletta fl-1900 u maghha nsibu erba' angli jzommu terha.
F'dawn l-ahhar snin it-toroq tal-lokal insibuhom imzejnin b'pavaljuni u bandalori godda, kollha b'disinn aktar Baroque elaborat, b'kulur isfar fuq sfond ahmar, mhux fit-toroq tal-purcissjoni biss izda anke f'toroq sekondarji. Hawn issib li l-istess individwi jarmaw it-toroq taghhom huma stess. Biex il-Kumitat ikopri ghal dawn l-ispejjez jorganizza diversi attivitajiet matul is-sena bhal dinner dances, tombli, serati kulturali u fieri. Tlett fieri partikolari jsiru hdejn il-Kappella tal-Madonna tal-Hlas, Tal-Vitorja u Tal-Blat. Il-Kumitat Festi Esterni jorganizza ukoll il-Qormi Wine Festival li ta kull sena, tattira hafna nies min madwar Malta. Avveniment li qieghed fuq skala Nazzjonali. Fil-Wine Festival tigi organizzata kompetizzjoni ta l-Inbid kif ukoll kompetizzjoni ta Flower Arrangments. Fil-Wine Festival ikun hemm ukoll diversi wirjiet interessanti kif ukoll, tigi armata l-'Mejda Maltija' fejn fiha jigi servit min kull tip ta ikel Malti. Il-Kumitat tal-festa qed jaghmel minn kollox sabiex izomm hajja l-identita' tal-festa Qormija Gorgjana li minn dejjem kienet wahda mill-akbar festi maltin. Dan l-ahhar il-Kumitat waqqaf is-Sezzjoni Zghazagh fi hdan il-Kumitat Festi Esterni.
Sezzjoni Zghazagh
Il-Kumitat Festi Esterni min dejjem haddan fih zghazagh li jghatu sehemhom sabiex jigu orrganizzati attivitajiet biex jingabru fondi ghall-festa ta San Gorg, u fl-istess waqt jghatu sehemhom fir-restawr ta l-armar. Is-Sezzjoni Zghazagh twaqqfet fis-26 t'Ottubru 2000. s-Sezzjoni Zghazagh qedgha thares il quddiem bimpenn biex twettaq aktar attivitajiet. Se jkompli jsir xoghol ta restaw fl-armar - izda dan minghajr fondi ma jsehhx. Ghalhekk is-Sezzjoni qedgha tahdem sabiex tkompli timpenja ruha u tistinka biex bis-sahha ta bosta attivitajiet tigbor aktar fondi. It-titjib u l-organizzazjoni fi hdan is-Sezzjoni Zghazagh ikompli isahhah dak li ilha tahdem ghalih matul dawn l-ahhar snin.
Ghal aktar informazzjoni zuru www.festiestesterniqormi.orgil-website tal-Kumitat Festi Esterni
L-Ghaqda tan-Nar 23 t'April hija l-ghaqda principali tan-nar li tiehu hsieb tahdem in-nar ghall-festa ta' San Gorg Martri. Izda din l-ghaqda tan-nar tiehu hsieb ukoll li tahraq ukoll murtali kemm fil-festa liturgika ta' San Gorg fit-23 t'April, fil-festa tal-Ghid il-Kbir, fil-festa tal-Madonna tal-Hlas u anke' fl-Ewwel tas-Sena. Tul is-snin din l-ghaqda kellha l-mumenti sbieh u anke' sfortunatament mumenti koroh fejn anke' tilfu hajjithom membri fi hdan l-ghaqda tan-nar.
Matul is-sena din l-ghaqda tahdem in-nar ghall-festa ta' San Gorg b'mod specjali bis-sehem ta' membri volontarji taht it-tmexxija fil-prezent tal-licensee Alfred Falzon. Izda matul is-sena l-Ghaqda tan-Nar 23 t'April, torgnizza ukoll bl-ghajnuna tal-helpers nisa, diversi attivitajiet ta' 'fund raising' fosthom 'coffee mornings', ikliet, 'diner dances', barbikjus, u lotteriji.
Mument sabih li sehh fi hdan l-ghaqda kien fis-sena tal-festi centinarji tal-qaddis San Gorg Martri. Fis-sena 2003, ezattament fis-7 ta' Dicembru kien sar pelleginagg bl-istatwa ta' Maria Immakulata ghall-Kamra tan-Nar, b'ringrazzjament ta' l-ghajnuna li l-Madonna ixxered fuq il-membri prezenti tul iz-zmien. Il-vara kienet ittellghet minn hdejn il-knisja, merfugha mill-membri tal-hames fratellanzi u membri tal-kamra tan-nar. Il-purcissjoni kienet baqghet tielgha sa hdejn il-kamra b'mod devozzjonali. Meta waslet hdejn il-kamra tan-nar intlaqghet bil-kant marjan u tpoggiet fuq l-istrippi u saret quddiesa mill-Arcipriet Dun Frans Abdilla b'sinjal ta' ringrazzjament. F'din l-okkazzjoni gew ukoll imfakkra dawk il-membri li mietu tul diversi dizgrazzji li kienu sehhu fi hdan l-Ghaqda tan-Nar 23 t'April.
Ghal aktar informazzjoni fuq l-Ghaqda tan-Nar 23 t'April, idhol fis-site www.ghaqdanar23tapril.webs.com
Il-Banda
Fis-sena 1893, fMalta qamet kwistjoni dwar il-legati taz-zwieg bejn l-awtoritajiet tal-knisja ta Malta u l-istudenti tal-unversita.
Minn din it-taqliba hargu zewg opinjonijiet. Bhal nar go foresta nfirxu mal-irhula u l-ibliet kollha. Ghall-habta ta Ottubru laqtet lil Hal Qormi.Ilknisja biex turi fehmitha twebblet taghmel l-ewwel meeting pubbliku fRahal l-Ifran. Ghal din l-okkazjoni, stiednet lill-Banda Pinto, l-uniku banda fdak iz-zmien fHal Qormi biex tiehu sehem bmarc. Il-kumitat taghha ma qabilx, xaktarx li ma riedx jidhol bejn ilbasla u qoxritha. Izda malajr inholqot firda fl-Ghaqda Muzikali Pinto, u nistghu nghidu li htija thekk twieldet il-Banda San Gorg Martri, fuq hidma sfiqa tas-Sur Giuseppe Farrugia li nhatar bhala l-ewwel President flimkien ma xi partitarji ohra Qriema. Il-jum ezatt mhux maghruf meta twaqqfet il-banda l-gdida, ghalkemm haga nkixfet, li ma daqqetx fil-festa ta dik is-sena zgur, izda lejn it-tmiem ta l-istess sena. Ghalhekk qed jinzamm il-jum tradizzjonali u popolari ta nhar is-7 ta Ottubru.
Il-Banda l-gdida mlaqqma Tal-Werqa kisbet popolarita kbira u isimha twahhal mal-festi kollha fil-Gzejjer Maltin. Xaktarx li ghal xi zmien issejhet ukoll il-Banda tal-Guzeppini jista jkun minhabba li l-fundatur kien jismu Guzeppi. Sintendi fHal Qormi minbarra fil-festa titular bdiet tiehu sehem shih fil-Gimgha Mqaddsa kif ukoll fil-festi sekondarji li kienu hafna fil- Belt Pinto fosthom dik ta San Bastjan Martri.
Din il-banda twaqqfet bil-ghan li ssahhah il-gid kulturali fpajjizna. Mhemmx dubju li tul is-snin ghallmet u harget ghadd kbir ta bandisti u muzikanti li pprovditilhom taghlim u strumenti bxejn. Bhekk kull tant snin ikollha tixtri diversi strumenti. Sahansitra fl-ewwel snin sa lejn is-snin sittin bosta membri akkaniti kienu jiftiehmu johorgu xi flus minn buthom ghall-istrumentatura.
Kummissjoni Zghazagh Werqisti
Din il-ghaqda hija ghaqda fi hdan l-Ghaqda Muzikali San Gorg Martri u tiehu hsieb il-briju b'mod specjali li jsir waqt il-marcijiet brijjuzi li taghmel din il-banda fil-festa ta' San Gorg. Qabel ma giet imwaqqfa l-Kummisjoni Zghazagh Werqsiti fil-kazin kien diga' jezisti ammont sostanzjali ta' zghazagh li kiffunzjona taht l-isem Ghaqda Dilettanti Werqisti. Dawn bdew il-hidma taghhom fix-xoghol tar-restawr tal-palk u wara komplew ix-xoghol tal-briju, meta gew mahduma diversi umbrelel kbar li sahansitra wahda minnhom kienet tikkonsisti minn tnejn fuq xulxin. Fiz-zmien tal-Milied kienu jiehdu hsieb li jarmaw it-triq tal-kazin, kif ukoll kienu jorganizzaw diversi attivitajiet fosthom discos fil-bitha tal-kazin, kif ukoll il-Lejla Maltija li ssir dejjem hmistax qabel il-festa. Dawn kienu l-bidu tas-successi li bdew jiksbu z-zghazagh Werqisti.
Wara tliet snin ta' din ix-xorta ta' hidma mill-istess membri, inhasset il-htiega li tigi ffurmata kummissjoni ghaz-zghazagh li hadet l-isem ta' Kummissjoni Zghazagh Werqisti. It-twelid tal-Kummissjoni Zghazagh Werqisti kien propju nhar is-Sibt 19 ta' Gunju, lejlet il-festa ta' San Gorg waqt il-programm vokali u strumentali li jittella' mill-Ghaqda Muzikali San Gorg Martri, meta gie pprezentat l-istandard ufficjali tal-Kummissjoni Zghazagh Werqisti. Il-Kummissjoni Zghazagh Werqisti baqghet miexja fuq il-hidma li kienet bdiet l-Ghaqda Dilettanti Werqisti.
Meta l-kumitat ra li l-Kummissjoni Zghazagh Werqisti kienet qed timxi b'serjeta' kbira hass li ghandu jahtar rapprezentant taghha fil-kumitat u dan kien is-Sur Raymond Zerafa. Minn hawnhekk il-Kummissjoni saret responsabbli mhux biss ghall-briju imma ma' dak kollu li ghandu x'jaqsam maz-zghazagh fil-kazin. Il-Kummissjoni Zghazagh Werqisti bdiet tiehu parti wkoll fil-laqghat li kienu jsiru mill-organizzaturi tal-festa. Matul is-snin il-Kummissjoni Zghazagh Werqisti bdiet tidhol sew fil-qalb tal-partitarji Werqisti u b'hekk bdiet tinkludi ruhha fil-programm tal-festa. Din il-kummissjoni kienet l-ewwel kummissjoni f'Malta li introduciet il-gerijiet tal-festa li jigu ddisinjati minna stess.
Il-Kummissjoni Zghazagh Werqisti barra briju, taghti ukoll kontribuzzjoni finanzjarji fosthom donazzjonijiet ghat-twieqi tal-koppla, ghall-qanpiena Gorga, kif ukoll rregalat xi strumenti lill-banda biex jissahhah l-element muzikali fis-Socjeta'. Gew organizzati diversi attivitajiet b'kolloborazzjoni mal-Kunsill Lokali Qormi fosthom il-Lejla Qormija u l-festival ta' Gmiel il-Melodija.
Silta mehuda u addattata minn artiklu li deher fil-ktejjeb tal-festa, tal-Ghaqda Muzikali San Gorg Martri, fl-2003. Artiklu miktub mis-Sinjorina Charyl Ciappara
Ghal aktar informazzjoni fuq l-Banda ta' San Gorg Martri, idhol fis-site www.bandasangorg.eu
Kienet ilha tidwi x-xewqa fi qlub ta bosta Qormin, biex hdejn il-Vitorja, jinfetah kazin tal-banda. U fl-ahhar din ix-xewqa saret realta. Kien fSettembru 1987 li intlahaq ftehim bejn il-Professur Antoine Agius u s-Sinjuri John Mary Spiteri, Carmelo Spiteri u Salvu Debono mal-Kumitat tal-Qormi Rockers Football Club. Ta min jghid, li l-kumitat tal-Qormi Rockers kien jezisti. Biss il-kazin ma kienx jiffunzjona u ghal xi zmien kien maghluq ukoll. Dawn imbaghad u xi persuni ohra voluntiera, iltaqghu flimkien biex seta jigi ffurmat kumitat provizorju. U bl-approvazzjoni ta l-istess membri tal-Qormi Rockers F.C., dan il-kumitat gie mahtur. Bla telf ta zmien, beda jahdem biex jibdel dan il-kazin minn Qormi Rockers F.C. ghall-Ghaqda Socio-Muzikali Anici.
Kien hemm min haseb li fHal-Qormi ma hemmx il-htiega ta kazin iehor tal-Banda. L-ghaliex hasbu li bkazin iehor, il-festa ta San Gorg ma tibqax hekk kbira u popolari. Ohrajn hasbu, li bbanda ohra, r-rahal jinqasam. Izda llum, il-Qormin jafu li minn dak l-ghidut kollu, ma gara xejn. Il-Banda twaqqfet u hadet l-isem ta ANICI. Dan biex juri bic-car, li din zgur se tibqa marbuta u mghannqa mal-Qaddis wisq mahbub taghna San Gorg.
Din is-Socjeta Anici, twaqqfet bimhabba kbira lejn San Gorg u biex tkompli tkabbar il-festa ta din il-Belt Pinto, li ssir ad unur il-Qaddis Patrun taghna u fdak kollu li hu tal-Parrocca.
Sezzjoni Zghazagh Stillieri
Din is-Sezzjoni Zghazagh Stillieri hija sezzjoni fi hdan l-Gaqda Muzikali Anici li hija responsabbli mill-briju u miz-zghazagh fil-Kazin Anici. Din l-ghaqda tahdem matul is-sena biex fil-festa ta' San Gorg, ikun hemm briju waqt il-marci, li l-Ghaqda Muzikali Anici taghmel matul il-festa, imma mhux biss.
Fi zmien is-Sajf jigu organizzati diversi BBq's fejn fihom jattendu numru sabih ta' partitarji. Din is-sezzjoni organizzat ghal-ewwel darba f'Hal Qormi, gewwa l-kazin Wine Taster Competition. Attivita' ohra li tnizzlet fil-kalendarju tas-Sezzjoni Zghazagh Stillieri bhala parti mill-attivitajiet li l-Kunsill Lokali jaghmel ghal Jum Hal Qormi, hi l-5 A-side One Day Football Tournament, li fih jippartecipaw numru sabih ta' timijiet. Dawn l-attivitajiet jigu organizzati matul is-sena taht ir-responsabilita' tal-membri tas-Sezzjoni Zghazagh Stillieri. Fuq dan ir-rigward, is-Sezzjoni hija responsabbli min-newsletter 'Lehen iz-Zghazagh' fejn ghal diversi snin ilha tippubblika. Din is-Sezzjoni bhal kull sena tiehu hsieb li torganizza l-marc tal-ahhar tridu b'mod brijjuz hafna, u kull sena tipprova tohloq sorpriza. Fis-sena 2004 kienet saret kopja to scale tal-faccata tal-Kazin Banda Anici.
Din is-Sezzjoni zgur li se tibqa' tahdem biex il-festa lil San Gorg Martri tkun success.
Ghal aktar Informazzjoni fuq l-Banda Anici idhol fis-site www.anicibandclub.org
Merhba fil-website dwar il-Festa ta' San Gorg li ssir gewwa l-Belt Pinto, Hal Qormi.
l-Ghan principali ta din il-website huwa biex wiehed jkun jista jghix is-sena kollha l-Festa tal-Qaddis u Padrun li tant hu ghal Qalbna, San Gorg Megalomartri