Il-Grajja ta' San Gorg
Fis-sena 284 w.k., jew qrib taghha, fit-trufijiet tal-Kappadocja, qrib il-belt ta Gerusalemm, sehhew grajjiet kbar, grajjiet importanti li warajhom kellhom ihallu sinjali profondi, imma totalment opposti ghal xulxin.
Fil-belt ta Nikomedija, l-armata Rumana hatret lil Dijoklezjanu bhala l-Imperatur il-gdid, wara l-mewt ta Numerju. Dijoklezjanu kien bniedem bsahtu, ambizzju, bla skruplu u superstizzju. L-ghazla ta Dijoklezjanu bhala Imperatur kellha thalli sinjali ta kefrija fl-istorja ta l-umanita .
Fl-istess sena, kemmxejn l boghod minn Nikomedija, ezattament fLidda, sehhet grajja ohra li kellha thalli sinjali, mhux ta kefrija hew ta misthija imma ta gieh. Fost l-Insara ta dik il-belt, insibu koppja ta nisel nobbli, pero` li kienet aktar nobbli ghall-fidi Nisranija li kienet thaddan. Din il-koppja kienet maghmula minn Geronzju u Polikronja, u kienet tappartjeni lill-Familja nobbli Anici. L-isem Anici jfisser Qatt Mirbuha. Lil din il-koppja, Alla ghogbu jaghtiha rigal; wild gdid. Il-koppja, ferhana bdan ir-rigal, laqghetu lil dan l-iben, frott misterju ta l-imhabba ta bejniethom u ta l-Imhabba tAlla ghalihom u ghall-bnedmin.
Geronzju u Polikronja ressqu lil din it-tarbija biex tircievi s-Sagrament tal-Maghmudija u mal-mistoqsija tas-sacerdot "Xisem tridu tagtu lil din it-tarbija taghkom?", huma wiegbu blehen sod u deciz: Gorgi huwa ismu. Bl-ilsien Grieg, Gori jfisser Haddiem l-art. Donnu fdan l-isem, Alla ried juri l-grajjiet li kellu jghaddi minnhom dan it-tifel fil-hajja qasira imma intensa li kellu fuq din l-art. Fil-bidu taz-zoghzija tieghu, Gorgi Anici rcieva s-sagramenti tal-bidu tal-hajja Nisranija; l-Ewkaristija u l-Konfirmazzjoni.
Il-familja ta Gorgi Anici kienet familja ezemplari hafna. Il-genituri tieghu ghamlu minnu midla tal-Kelma tAlla u fissrulu bir-reqqa t-taghlim li Gesu` ried li jkollhom id-dixxipli tieghu. Il-genituri ta Gorgi bnewlu hajtu fuq il-kelmiet ta Gesu`: "Kunu perfetti bhalma perfett hu Missierkom li hu fis-smewwiet". Gorgi kien jattendi wkoll it-taghlim tad-duttrina u kien jghozzu u jghixu.
Ta erbatax il sena, Gorgi tilef lil missieru. Din il-mewta ma tellfitx lill-Familja Anici ta Lidda. Hawnhekk, Gorgi tfarrag bil-hsieb li mal-mewt, il-hajja ma tintemx imma tinbidel. Ftit snin biss wara l-mewt ta missieru, Gorgi tilef ukoll lil ommu, Polikronja. Issa, li ma kien fadallu lil hadd fdin id-dinja, Gorgi kkollabora ma Sid l-ghalqa fil-hidma tieghu. Mal-mewt tal-genituri tieghu, Gorgi sab ruhu fuq l-ghatba tal-gejjieni tieghu.
Huwa mar fil-belt imperjali ta Nikomedija biex jaqbad il-karriera ta suldat fl-armata Rumana. Ipprezenta ruhu quddiem Dijoklezjanu l-Imperatur. Dijoklezjanu laqa bil-ferh lil Gorgi Anici, intlaqat minnu u qieghdu bhala wiehed mill-aktar ufficjali fdati tieghu fl-armata. Mexa l-quddiem fl-armata, u kien stoqqlu tabilhaqq li jilhaq tribun, u gibed l-ammirazzjoni mhux biss ta shabu imma ta l-istess kmandant imperjali tieghu. Pero` jekk Gorgi mexa l quddiem fl-armata, mexa l quddiem bil-wisq aktar fil-fidi Nisranija u fis-servizz tieghu lejn Alla. Aktar milli suldat Ruman, Gorgi Anici kien iqis ruhu bhala Suldat ta Kristu.
Fis-sena 302 w.k., il-Knisja kienet waslet biex tghaddi minn mumenti ta prova. Kienet waslet biex tfaqqa fuq il-Knisja l-ehrex tempesta fl-istorja taghha. Dijoklezjanu kien qed jigi nfluwenzat minn Galerju, general Ruman, ghadu fanatiku ta l-Insara. Dijoklezjanu beda johrog ligijiet kontra l-Insara. L-Imperatur Ruman hareg editt li fih ordna li s-suldati Nsara kollha jigu arrestati biex ikun cert li fil-milizzja tieghu ma kellux suldati Nsara. Ordna biex kull suldat joffri sagrificcju lill-allat pagani. Pero`, tfacca zghazugh fuq tieghu, li b'kuragg u determinazzjoni liema bhalha qabad l-editt u carrtu. Dan iz-zghazugh ma kien hadd hlief Gorgi tal-Familja Anici! Hawnhekk, fost il-hafna suldati li bezghu jistqarru l-fidi taghhom, Gorgi baqa sod, baqa l-aktar suldat fidil lejn il-Mulej. Dijoklezjanu xtaq jeqred ghal kollox lill-Insara, pero quddiemu sab kolonna, Gorgi, it-Tribun ta l-Armata Rumana, iben il-gwerrier qalbieni, Geronzju. Wasal ukoll il-jum li fih Gorgi resaq quddiem l-Imperatur, u canfru gall-ingustizzja li kien qed iwettaq ma l-Insara. Gorgi ma bezax ghalih innifsu. Ma kellux xjitlef, ghanzi, kellu tabilhaqq xjirbah! Ghax ghal min hu ta Kristu, il-mewt mhix telfa imma gwadann. Gorgi ma bezax jistqarr li hu Nisrani! Ma bezax jghid li is-Sid tieghu hu Alla, u Alla biss! Quddiem Gorgi, Dijoklezjanu hassu mrieghex. Kien irrabjat hafna ghal Gorgi, imma min-naha l-ohra, Dijoklezjanu kien ihobbu lil Gorgi, u kien migbud lejn il-virtujiet sbieh li bihom kien imzejjen. Ghalhekk, l-Imperatur ipprova jgib ruhu tajjeb mieghu, hadu u kellmu bil-hlewwa, u ipprova jaghmel minn kollox biex jikkonvinci lil Gorgi jibdel fhemtu u joqghod ghall-amar tieghu kontra l-Insara. Imma l-imqaddes Gorgi, konvint minn twemminu, nehha minn fuqu l-mantar ta Tribun ta l-Armata, li kienet il-gieh ta niesu.
Issa, Gorgi gharaf li kienet riesqa lejh is-siegha li fiha kellu jbghati, bhalma baghta s-Sid tieghu, Gesu`. Pero`Gorgi, kien imhejji sa minn ckunitu ghal din is-siegha li kienet qed toqrob lejh. Kien konvint li hadd u xejn ma kien se jfixklu, la l-hajja u lanqas il-mewt, la t-turmenti li kellu jghaddi minnhom.
Nitfghu harsitna fuq Gorgi Anici, ihares lejn is-sema, jitlob lil Alla biex izommu sod fdan il-waqt li kien wasal biex jghaddi minnu. Dijoklezjanu l-Imperatur, lil Gorgi staqsih kemm il-darba biex jara jekk jibdilx fhemtu, pero` Gorgi ikkonvincih li hu kien se jibqa fidil lejn Kristu, is-Sid tieghu.
Habba fhekk, Gorgi kellu jghaddi min hafna tbaghtija. Hu gie kkastigat illi kien mixhut il-habs u msawwat bla hniena. Fost l-ehrex torturi li sofra Gorgi fil-habs kien meta poggewlu gebla tqila fuq sidru u hallewh lejl shih bi tbatija kbira imma l-fidi nisranija baqghet soda gewwa fih. Matul il-Lejl fil-habs deherlu Kristu u qallu li kellu jbati ghal seba snin ta persekuzzjoni biex jippruvaw iggieghluh jichad il-fidi nisranija li kien tant ihaddan bi hrara kbira. Ghal bosta drabi ttiehed quddiem l-awtoritajiet u kien mixli li ma kienx qieghed jaghti gieh lill-allat ta Ruma. Ta dan kien ta kull darba iwasslu biex ikun ikkastigat u mahqur bla hniena. Kemm-il darba Gorgi kien mixli quddiem Dejoklezjanu li min naha tieghu pprova jaghmel min kollox biex igieghlu jichad il-fidi nisranija izda kollu kien ta xejn.
Dijoklezjanu, ma kien fadallu ebda azzjoni xjiehu, hlief li jikkundanna lil Gorgi ghall-mewt, permezz tal-qtugh ir-ras. Dan il-jum sebah fit-23 tApril tas-sena 303. Nitfghu harsitna fuq Gorgi, zghazugh qalbieni, ta madwar wiehed u ghoxrin sena, tieghla l-gholja tal-kundanna. Il-pagani, ferhana, ghax hasbu li kienu se jehilsu darba ghal dejjem minn dan l-ardit, li sahansitra sfida lill-awtoritajiet ta l-Armata. Carrtu halqhom mhux ftit bdak ta zeblih, xhin raw ix-xabla tal-manigold niezla biex tifred ras Gorgi mill-bqija ta gismu. Iddiehku dawk li raw lil ras Gorgi titgerbeb ma l-golja, minghalijhom li maghha kien qed jitgerbeb il-gieh ta dan iz-zghazugh! U xenglu rashom dawk li raw lill-gisem tieghu jitqieghed fqabru. Hasbu li mieghu kienet se tinqered it-tifkira ta Gorgi! Kemm kienu mqarrqa dawk il-pagani tan-Nikomedija!
Galhekk, il-jum Glorjuz tat-23 tApril 303, deher fghajnejn il-pagani bhala l-jum li fih rebhet il-mewt, imma fghajnejn l-Insara, hawnhekk, il-mewt harget mill-gdid telliefa. Ghax dan il-jum kien il-jum li fih Gorgi ta Lidda twieled mill-gdid fis-sema, il-Jum tat-trijonf tieghu, il-jum tar-rebha tieghu, il-jum tal-Glorja
Kienu bosta l-kittieba li kitbu fuq il-hajja ta dan il-qaddis u l-kwantita ta martirji li sofra u kien ghalhekk li gie msejjah Megalo Martri. Issa Gorgi kien gie ppremjat ghall-Kuragg li kien wera u ta kemm zamm iebes u ma cediex ghat-tortura u baqa sod fil-fidi fAlla il-Haj
Min Hu San Gorg?
San Gorg (c. 284-303) hu isem familjari ma miljuni ta Kristjani u ghanki bosta madwar id-dinja li ma jemmnux fi Kristu. Ghall-Kristjani dan l-isem jevoka qaddis li hu miqjum fil-knejjes kemm tal-Lvant u kemm tal-Punent bhala wiehed mill-aktar martri illustri ta Kristu, u d-devozzjoni Kristjana lejh tmur lura ghaz-zmien tal-mewt glorjuza tieghu lejn il-bidu tar-raba seklu wara Kristu. Il-popolarità ta San Gorg bdiet tinfirex sa miz-zmien tal-martirju tieghu u xterdet l-aktar fis-seklu sitta meta l-fama tieghu bhala qaddis tal-mirakli nfirxet bhal xrara nar fil-Lvant u mxiet tul il-bosta rotot tal-Mediterran, qasmet l-ilmijiet tieghu biex laqghet l-artijiet kollha li jmissu mieghu, sa l-ibghad komunitajiet Kristjani tad-dinja antika tal-Punent.
Ftit li xejn hu maghruf fuq San Gorg, ghalkemm fid-devozzjoni popolari hu mpingi bhala nobbli zaghzugh Kristjan li gholla l-gieh tal-Kristjani fi zmien meta l-pagani dominanti bdew spiss idewquhom il-persekuzzjoni harxa. Digà fis-seklu hamsa u specjalment fis-seklu sitta nsibu kitbiet li jirrakkuntaw kif bmod erojku mar kontra l-ordni ta l-imperatur u kellu jghaddi minn bosta tbatijiet fl-idejn imarra tal-pagani li ttorturawh.
Uhud minn dawn ir-rakkonti jew legenda waslu sa zmienna, imma minhabba li sfaw minsusa u sofrew hsarat fidejn dawk li, imhegga zzejjed, riedu jkabbru l-fama ta San Gorg bhala qaddis tal-mirakli u l-ghegubijiet, wiehed ftit li xejn jista jorbot fuqhom.
Illum hu kwazi impossibbli li taghzel fihom il-fatt storiku mil-legenda. Dak li nafu fiz-zgur fuq San Gorg hu l-fatt tal-martirju tieghu, it-tixrid immedjat tal-kult tieghu fuq il-post tal-qabar sewwa sew barra mill-belt ta Diospolis fil-Palestina Rumana, u dawk id-dettallji bazici fil-qalba ta l-istorja ta hajtu bhala zaghzugh Kristjan li jistghu jingabru xjentifikament minn dawk ir-rakkonti legendarji tal-hajja u l-passjoni tieghu li zammew xi hjiel ta dokumentazzjoni primittiva u awtentika.
Il-problema ta taghrif storiku awtentiku fuq San Gorg digà kienet qamet fRuma tas-seklu hamsa. Id-digriet famuz De libris recipiendis, li jinghad li nkiteb minn Gelasju, isqof ta Ruma li miet fis-sena 496, jirriferi ghall-fatt li l-Knisja Rumana kellha dubju fuq xi kitbiet apokrifi fuq San Gorg li kienu qed jiccirkulaw fdak iz-zmien. Imma bdan id-digriet il-papa bl-ebda mod ma kien qed jichad l-ezistenza ta San Gorg ghax id-dokument, maghruf komunement bala Decretum Gelasianum, jghid li San Gorg hu wiehed mill-qaddisin li ismijiethom bir-ragun huma miqjuma mill-bnedmin imma li l-ghemejjel taghom huma maghrufa biss minn Alla. Iktar milli cahad il-qima gustament moghtija lil San Gorg, il-papa kien qed ifittex li jsaffiha mill-fabbrikazzjonijiet spiss skandaluzi li s-setetKristjani eretici, l-aktar dawk fil-Lvant, kienu ziedu mal-grajja awtentika. Il-fama ta San Gorg safrattant baqghet tikber, mhux biss fil-Lvant, fejn il-qaddis kien twieled, imma wkoll fil-Knisja tal-Punent, minkejja li din digà kellha l-martri taghha, li kienu hafna u maghrufin.
Il-leggenda tad-dragun
Il-leggenda ta San Gorg u d-dragun hi sempliciment dak li hi leggenda. Imma l-gheruq taghha huma profondament teologici. Id-dragun hu x-xbieha li l-Iskrittura spiss tissellef biex tfisser il-kruha tal-hazen u l-qawwa tieghu li teqred u tidher invincibbli. Kienu mbaghad Missirijiet il-Knisja l-ewwel li rabtu l-allegorija tad-dragun ma San Gorg u dan ghamluh biex juru l-glorja tar-rebha tieghu fuq ir-religjonijiet pagani dominanti u l-esponenti kiefra taghhom li btant qawwa xekklu u ppersegwitaw lil Kristu u l-Knisja tieghu.
Sa minn zminijiet bikrija l-allegorija ta San Gorg qed jinfed id-dragun spiss intuzat fil-predikazzjoni u l-letteratura Kristjana, imma qatt ma xterdet tabilhaqq qabel il-bidu tat-tieni millennju ta l-ghera Kristjana. Imbaghad kibret tassew, hekk li dahlet fil-kitbiet tal-patri Dumnikan Jacobus de (akobb ta) Voragine (c. 1230-1298), li kien minn Genoa u ghamel dak li kien jaghmel kull ghalliem li ried jikkomunika verament mas-semmiega tieghu: ivviswalizza l-allegorija u ghamilha accessibbli ghan-nies tat-triq billi kitibha bmod hafif u li jolqot l-ghajn. Sas-seklu tlettax kopji tal-passiones u l-encomia ta San Gorg kienu saru rari hafna fil-Knisja tal-punent. Il ktieb ta De Voragine Legenda Aurea (Il-Leenda tad-Deheb) mela vojt kbir ghall-qarrejja ta zmienu, li kienu tant imheggin ghall-hajjiet tal-qaddisin. Iktar minn hekk hu ta lill-ikonografija Gorjana, li kienet qieghda dejjem tikber, tema teologika li tant kellha bzonn. Hi hasra li minhabba dan il-hajja ta San Gorg giet ridotta ghall-qtil tad-dragun, episodju leggendarju li hu biss zvilupp tardiv fit-tiswir tal-misteru ta San Gorg. Filfatt difficli naqbdu tarf ta din il-leggenda, bhala distinta mill-allegorija, iktar kmieni mis-seklu hdax jew tnax.
Hi xinhi l-idea ta hafna llum fuq il-leggenda ta San Gorg u d-dragun, mhemmx dubju fuq il-qawwa ta kalamita li kellha fuq in-nies tal-Medjuevu. Minkejja dan, waqt li minn naha din il-leggenda kabbret il-fama ta San Gorg bhala gwerrier qatt mirbuh ta Kristu, oghla minn kull barriera psikologika, min-naha l-ohra kellha fiha z-zerriegha li aktar tard kellha tnibbet biex iggib fid-dubju l-kredibbiltà ta l-ezistenza tieghu, hekk li poggietha fuq l-istess livell ta dubju fl-ezistenza tad-dragun li San Gorg jidher joqtol. Xorta jibqa l-fatt li r-rabta ta San Gorg ma din il-leggenda tad-dragun minnha nfisha ma taghmlux suggett tal-mitologija, kif ma taghmilx suggett tal-mitologija lil dawk il-persuni li l-ezistenza storika taghhom bl-ebda mod ma tista titqieghed fdubju li lilhom gew attribwiti episodji simili.
Safrattant, wiehed spiss jiltaqa ma Kristjani xejn certi, fosthom ghanki Kattolici, li jistaqsu fuq, jekk mhux ukoll iqieghedu fid-dubju, l-ezistenza ta San Gorg. Din il-konfuzjoni irrazzjonali tesprimi, fl-aqwa taghha, definizzjoni tipikament occidentali ta ghamla Protestanta. Filfatt dan is-sens ta dubju fuq il-kult ta San Gorg jistqarruh l-aktar dawk li bxi mod jaghmlu parti mill-Kristjanizmu tad-Deformazzjoni, jew huma influwenzati minnu. Kull hjiel ta dubju bhal dan hu ghal kollox barrani ghall-Kristjanizmu tradizzjonali Kattoliku u Ortodoss.
Eistenza storika
Kien fi zmien ir-Riforma Protestanta li ghall-ewwel darba tqajjem dubju fuq il-qaddisin, is-siwi taghhom kif ukoll l-istess ezistenza taghhom. Kien zmien meta l-aktar Kattolici fost l-ikoni Kristjani, sew jekk teologici u sew jekk sempliciment kulturali, bdew jigu attakkati bl-aktar mod vjolenti u hafna minnhom meqruda bmod sistematiku.
Ma nistagbux li San Gorg, li l-qima lejh kienet wahda mill-aktar karatteristici prominenti tal-pjetà medjevali, ma kienx xi eccezzjoni ghat-tindifa ta riformaturi Protestanti bhal Kalvinu, u wkoll xi whud mill-prodotti kulturali taghhom li eventwalment gew miqjusa bhala l-intellettwali ta zmien it-Tidwil.
Fuq quddiem ta dawn ta l-ahhar kien l-istoriku Ingliz Edward Gibbon li l-leggen tieghu nifed bmod l-aktar salvagg il-laham ta kittieba tal-Knisja bikrija u bijografi tal-qaddisin miqjuma minnha. Dan l-istudju eminenti rriskja bil-kbir il-kredibbiltà tieghu meta indirizza l-istorja ekklejastika. Izda dawn il-persuni, bil-pregudizzji rispettivi taghhom, kienu influwenti hafna fit-tiswir ta l-opinjoni kontemporanja tal-Punent fuq l-ewwel martri u qaddisin. Fr Hippolyte Delehaye (1859-1941), li ismu bla dubju jintaghzel bhala l-akbar studjuta zmienna fuq il-
hajjiet tal- qaddisin (l-ajografija), ghamel hafna biex jikkoregiha. Dan is-sacerdot Gizwita erudit iddedika hafna minn hajtu biex jikxef l-origni ta l-ajografija Kristjana. Hu ried jipprovdi fundament storiku sod ghal dawk il-qaddisin li l-Knisja tqim btant ghozza. Fuq San Gorg, fix-xogol tieghu, dan l-awtur eminenti jiddikjara li ma jista jkun hemm l-ebda dubju razzjonali fuql-ezistenza tieghu.
Ix-xhieda tal-pellegrini
Bhala evidenza cara, Delehaye isemmi u jaghfas fuq il-qima li nzammet fil-qabar ta San Gorg fDiospolis (Lidda) sa minn zmien il-mewt glorjuza tieghu.Is-santwarju li nbena fuq il-qabar ta San Gorg zaruh devoti u pellegrini mill-Ewropa Kristjana kollha sa mis-seklu hamsa, zmien il-martirju u l-mewt tieghu. Ir-rakkonti li jaghtuna pellegrini bikrin bhal Teodosju (De sity terrae sanctae, 530 wK), li talab fuq il-post tal-fdalijiet ta San Gorg fLidda fis-sitt seklu, jixhdu mhux biss ghall kontemporanji taghhom imma jitkellmu wkoll fuq dawk li marru qabilhom fdan il-post imbierek mill-fdalijiet tal-qaddis. Kien hemm li d-devozzjoni tal-Kristjani lejn San Gorg kienet migbura. Kien minn hemm li bdiet il boghod fuq bliet u rhula mbieghda. Bilkemm jezisti post wiehed fid-dinja Kristjana fejn San Gorg mhux miqjum bhala qaddis patrun jew protettur.
Minkejja dan ftit nafu bcertezza fuq dan iz-zaghzugh li x-xhieda erojka tieghu ghal Kristu ghadha sal-lum ghajn ta ispirazzjoni u mhabba, kwazi sbatax-il seklu wara mewtu. Skond it-tradizzjoni Kristjana, Gorgi twieled minn genituri Kristjani, aktarx lejn is-sena 284 wK, u bhala zaghzugh kien wiehed mill-hafna suldati u ufficcjali Kristjani li, fdawk is-snin ta tolleranza, thallew iservu bgieh fl-armata Rumana.
Wara l-editt ta Frar 303 kontra l-Kristjani, Gorgi rrifjuta li jichad il-fidi Kristjana tieghu u bkonsegwenza sofra l-martirju u l-mewt fl-istess sena. Malajr sar wiehed mill-ewwel u l-aktar martri Kristjani maghrufa tal-persekuzzjoni l-kbira ta Djoklezjanu fis-sena 303.
Immedjatament wara l-editt ta tolleranza maru minn Kostantinu (314 wK) hafna kienu l-knejjes li gew iddedikati fgiehu, mhux biss fuq il-post ta qabru fil-Palestina imma wkoll fis-Sirja u r-regjuni tal-qrib. Il-fdalijiet tal-knisja Kostantinjana fLidda (dakinhar Diospolis u llum Lod, fIsrael) gadhom jidhru u jistghu jigu ezaminati, minkejja l-hsarat li sarulhom biz-zmien u l-kunflitti inter-religjuzi tul l-ahhar sbatax-il mitt sena.
Aktar ta l-ghageb hi l-knisja, mibnija fis-sitt seklu, ta Mar Georgis (l-Imgallem ori), li ghadha shiha sal-lum biex taqdi lill-Kristjani lokali ta Ezraa fis-Sirja. Nafu li hemm knejjes ohra bikrija li gew iddedikati lil San Gorg, kif jixhdu skrizzjonijiet li ghadhom jezistu jew gew dokumentati. Wahda minn dawn l-iskrizzjonijiet titkellem fuq knisja li qrib nofs is-seklu erbgha giet iddedikata lil San Gorg u sabu jigifieri fi zmien meta n-nies kien ghad ghandhom tifkira hajja tal-mewt tal-qaddis.
Studji kontemporanji
Is-seklu ghoxrin ukoll ta s-sehem tieghu lill-pubblikazzjonijiet fuq San Gorg, li whud minnhom tixirqilhom attenzjoni partikulari. Il magalomartire San Giorgio (Napli, 1902) ta Salvatore Borrelli ghandu taqsima tajba u sufficcjenti fuq il-qima lejh tul l-istorja Kristjana u madwar id-dinja.
Delehaye, li digà saret riferenza ghalih, ipproduca tliet xoghlijiet ta studju li fihom il-kitbiet kollha mehtiega ghal kull studju fuq San Gorg, l-ewwel fosthom Les legendes greques des saints militaires (1909). George of Lydda ta Sir E.A. Wallis Budge (1930) hu kontribuzzjoni ohra importanti lill-istudju tal-kultura tieghu. Dan jinkludi l-kitbiet Etjopici ta San Gorg mizmuma fil-British Museum, kemm fl-ilsien originali taghhom u kemm fi traduzzjoni.
Hemm bosta pubblikazzjonijiet ohra, ricenti u mhux daqshekk ricenti, li ma jistghux jitwarrbu ghall-genb millistudjuzi ta l-ajografija, fosthom djarji ta pellegrini, studji arkeoloici u ohrajn ajografici. Fl-1983, Mons. Dante Balboni tal-Librerija Appostolika tal-Vatikan ippubblika studju ckejken imma ta min jaqrah fuq San Gorg, brapport arkeoloiku mieghu fuq il-fdalijiet tal-bazilika tal-qabar tieghu u r-relikwi tal-qaddis li ghadhom jezistu.
Devozzjoni inter-religjuza
Popli mad-dinja kollha, l-aktar Kristjani tal-Knejjes tal-Lvant, iqimu l-ikoni u r-relikwi tal-Martri l-Kbir, kif il-Griegi jfissru lil San Gorg. Mhux tant importanti jekk ir-relikwi miqjuma humiex awtentici jew le, u minkejja l-forma miktuba ta l-ikona li titbies, dak li qed jigi miqjum mhux ir-relikwa jew l-ikona ta l-injam infisha imma l-persuna qaddisa li tirrapprezenta, u s-sbuhija ta l-ghageb u l-qawwa divina li bihom Alla zejjinha bla xehha.
Madankollu, San Gorg mhux miqjum biss mill-Kristjani. Wiehed spiss jara Musulmani Palestinjani jinghaqdu mal-Kristjani tal-lokal fLod u fimkejjen ohra fis-santwarji ddedikati lil El Khidr, kif huma jsejhu lil San Gorg. Jinghad li dan isehh partikularment fBeit Jala, fl-Art Imqaddsa, fejn hemm knisja li timmarka l-post fejn jinghad li twieled San Gorg.
"Jigu hafna Musulmani hawn?", il-kittieb Ingliz William Dalrymple saqsa lill-qassis tal-post fl-1995. "Mijiet! Kwaiz daqskemm jigu pellegrini Kristjani. Spiss, meta nigi hawn, insib Musulmani kullimkien ma l-art, fin-navi, fuq u isfel".
Il-Musulmani Gharab imorru fis-santwarju ckejken u mahmug ta Beit Jala u fis-santwarju l-iehor aktar maghruf ta Lod, fil-periferija ta Ramallah Palestinjana, biex jitolbu lil San Gorg ghall-fejqan, ghall-helsien ta xi ragel jew iben fil-habs, ghat-trabi u l-hlas qawwi u shih taghhom, u ghal stagun tajjeb ghar-raghajja u l-ghelieqi taghhom. It-talb tal-Kristjani u dak tal-Musulmani fl-ahhar mill-ahhar ifisser l-istess haga. Hu kag uniku ta relazzjonijiet inter-religjuzi proprji u koeistenza fejn relazzjonijiet bhal dawn kienu n-norma ghal sekli sa fil-Palestina.
Il-gzejjer Maltin
Il-komunitajiet Kristjani fMalta u Ghawdex, li fil-maggoranza huma l-komunità Kattolika Rumana, flimkien mal-Griegi Ortodossi u l-Anglikani, iqimu lil San Gorg skond it-tradizzjoni rispettiva tal-komunità. Wahda mill-eqdem u l-aktar parrocci importanti ta Malta, dik ta Hal Qormi, hi ddedikata lil San Gorg. Din il-knisja tiftahar bbosta xoghlijiet ta arti u statwa mill-isbah, fi stil barokk, tal-qaddis patrun tar-rahal. Imma jien cert li l-ebda knisja li nistghu nsemmu ma tista tersaq fix-xebh lejn is-sbuhija u l-isplendur tal-bazilika ta San Gorg fGhawdex, jew lejn is-solennità tal-liturgija li maghha hi sinonima din il-knisja hajja.
Sa min-zminijiet Biantini, meta l-qima lejn San Gogr xterdet bhal huggiega fost il-pajjizi Kristjani tal-Lvant Nofsani u l-Mediterran, sa zmienna, l-isem ta San Gorg dejjem evoka l-fidi Kristjana, ispira fiducja fl-ghozza ta Alla ghall-poplu tieghu, u sar ghajn ta identità ghal hafna popli madwar id-dinja kollha, u xejn inqas ghall-poplu ta din il-gzira zghira Mediterranja ta Ghawdex
Devozzjoni lejn San Gorg
Id-devozzjoni lejn San Gorg fMalta hija wahda antika hafna. Xi studjuzi isostnu li din id-devozjoni gejja min zmien il-Bizantini jigifieri meta Malta ghaddiet minn taht idejn ir-Rumani u inghaqdet ma l-Imperu Bizantin. Meta nharsu lejn ismijiet ta postijiet fMalta u fGhawdex naraw li jezistu bosta imkejjen li ghandhom isimhom marbut ma San Gorg.
Ezempju huma l-Bajja ta San Gorg li insibu fBirzebbuga u l-ohra li insibu fSan Giljan. Il-Wardijja ta San Gorg vicin il-Fawwara fis-Siggiewi. Insibu ukoll li fil-belt Victoria fGhawdex id-devozzjoni lejn San Gorg hija wahda qadima hafna li xaktarx tmur lura sa zmien il-Bizantini. Evidenza ohra ta din id-devozzjoni antika hija l-affreski li nsibu fil-kappela ta Hal Millieri li tinsab vicin iz-Zurrieq. Ma ghandnix xi nghidu, din id-devozzjoni kompliet kibret meta kienu stabiliti l-parrocci ta San Gorg ta Hal Qormi u dik tar-Rabat Ghawdex.
San Gorg jissema ukoll bhala wiehed mill-qaddisin li flimkien ma San Pawl u SantAgata skond it-tradizzjoni kienu intercedew biex il-Maltin helsu mill-invazjoni Saracina li kienet qeghda issir fuq l-Mdina. Pittura ta dan l-assedju narawha fil-koppla tal-knisja parrokkjali ta Hal Qormi u ohra fl-aside tal-bazilika ta San Gorg fir-Rabat, Ghawdex. Meta fl-1530 gew l-Ordni tal-Kavalieri ta San Gwann id-devozzjoni lejn San Gorg kompliet tikber. Il-Kavalieri kellhom devozzjoni specjali lejn dan il-qaddis. Fil-fatt meta wara l-assedju l-kbir inbniet il-Belt Valletta, li l-bieb principali taghha kien issemma Porta San Gorgio, it-triq li illum hija triq ir-Republika kien jisima Strada San Gorgio filwaqt li Misrah il-Palazz kien jismu Pjazza San Gorgio. Anke meta l-kavallieri bnew il-knisja konvetwali taghhom hasbu biex ikollhom artal iddedikat lil dan il-Qaddis.
Fil-perjodu Ingliz din id-devozjoni kompliet kibret, u naraw kif l-Inglizi waqqfu l-ordni onorarja ta San Mikil u San Gorg. FBormla twaqqfet il-Banda San Gorg u l-Klabb tal-Footbol St. Gorges. Ma dawn ta min insemmu n-numru kbir ta nicec li naraw imferrxin ma pajjizna iddedikati lil San Gorg. Artali fil-knejjes taghna u kappelli fil-kampanja kif ukoll toroq li ssemmew ghalih li kollha jikkonfermaw kemm id-devozzjoni lejh hija wahda imxettla sew fit-tradizzjoni taghna l-Maltin.
San Gorg kompla rabat ismu ma pajjizna meta waqt it-tieni gwerra dinjija ir-Re Gorg ta l-Ingilterra ta l-Gorg Cross lil Malta li minn dak inhar tpogga fuq il-bandiera ta pajjizna. Ghalhekk fuq il-bandiera ta Malta naraw lil dan il-Qaddis.
Il-Qabar u Relikwi ta' San Gorg
Il-Qabar Ta' San Gorg
Il-qabar ta' San Gorg jinsab fl'Lydda ( illum ) Lod f' Israel. Dan Il Qabar imbena fuq il-post fejn it-tribun ruman Gorg Anici ha l-martitju u gie midfun hemm fis-Sena 303 wara Kristu
L-ghadam tieghu tnehha minn hemm pero' fl-1871 il-qabar tieghu gie restawrat u giet imnaqqxa f'irham Alto Reliev ta' San Gorg li tixbah il istatwa titulari ta San Gorg li tinsab fil-parrocca taghna.
Ir-Relikwi ta San Gorg Martri
L-ewwel relikwa ta San Gorg li harget minn Lidda kienet ir-ras tieghu. Skond il-Bollandisti, dan sar minn Santa Elena li baghtitha Ruma, u ghalehh kien minn hawn, Ruma, li bidet id-devozzjoni lejn San Gorg fil-Punet.
Skond Saxo, analista ta min jorbot fuqu, il-Papa Zakkarija madwar is-sena 750 kien sab dir-ras fl-Oratorju ewlieni tal-Bazilka Laterana. Dan l-Oratorju kien iddedikat lil San Lawrenz u msejjah Sancta Sanctorum, precizament minhabba l-ghadd kbir ta relikwi li kien hemm. Skond il-bibliotekarju Anastasio, ma dir-ras kien hemm hafna relikwi ohra li ma kienux ta San Gorg.
Kif instabet dir-ras ta San Gorg itarrfilna Bartolini. Il-Papa Zakkarija, li kien qed jgharbel dawk ir-relikwi kollha sab li mae-ras kien hemm kitba biex turi li kienet ta San Gorg.
Il-Papa Zakkarija ferah fuq li ferh bdik is-sejba u hass li kellu jaqsam dak il-ferh ma haddiehor. Ghalek fjum preciz stieden lil kulhadd, kleru u poplu, fl-ArciBazilka tal-Lateran biex fpurcissjoni sollenni jgorru ras San Gorg ghal knisja ohra li wara saret il-Bazilka San Giorgo in Velabro. Ghalhekk din kienet l-ewwel knisja fil-punent iddedikata lil San Gorg u wkoll l-ewwel targa biex id-devozzjoni lejn San Gorg xterdet mal-Punent kollu.
Haga mill-ewl id-Dinja li hekk kif bidet tinxtered id-devozzjoni lejn San Gorg, bcejjec minn gismu bdew qassmuhom lhemm u lhawn ghall-qima.Issa, fl-istess zmien ta dit-traslazzjoni fRuma, il-Papa Zakkarija ta bicca mix-xedaq tisfel lil xi devoti tal-qaddis. Dan, skond il-Bollandista papebrochiu u l-Kardinal Bartolini.
IR-RELIKWI TA SAN GORG f'MALTA U GHAWDEX
HAL QORMI- Fil-knisja ta Hal Qormi jinsabu ghadma kbira li aktarx turbot l-ispalla mal-ghonq. Din ir-relikwa giet moghtija minn Dun Salv Kalcidon Souchett wara li kien gabha minn Ruma fis-sena 1839. Illum din ir-relikwa tinsab fostensorju sabieh. Insibu wkoll relikwa ohra li fija bicctejn ghadmiet tal-Qaddis kif ukoll bicca mill-standard ahmar u isfar ta San Gorg li kien ingieb minn Ruma mill-Bazilka al Velabro.
RABAT GHAWDEX- Ir-relikwi ta San Gorg li jinsabu fir-Rabat Ghawdex fil-Bazika Kollegjata ta San Gorg huma bicca kustilja li tohrog fil-purcissjoni fil-festa tal-qaddis u bicca ohra zghira minn kustilja kif ukoll bicca mill-bandiera tieghu li qieghda frelikwarju still gotiku u tkunsponuta fuq il-bradella ta l-istatwa titulari, Meta nfethet it-terka tar-relikwarju antic biex sar iehor iktar prezzjuz, instab frak ta ghadam li wara dan tpogga flimkien ma relikwi ta zewg qaddisin ohra fil qabar tal-artal tal-kor.
SAN GWANN-RABAT MALTA- Meta l-kavallieri ta San Gwann waslu Malta dawk kwllhom maghhom relikwa ta San Gorg li kienet bicca min-drieh u qeghduha fwahda mit-tliet knejjes li kienu jinsabu fil-gzira.
Finniccharo isemmi li fil-knisja ta san Pawl ir-Rabat tinsab bicca mill-istandard ta San Gorg
12 ta Lulju 1984
FDan Il jum tal-Hamis waslet fMalta mill-Bazilka al Velabro fRuma, ir-Relikwa Insinji li hija l-qorriegha ta San Gorg. U fil Festi Centinarji kien wasal Ghawdex ghal festi centinarji ta' Glorija Ta' San Gorg.
Il-Vara Titulari
L-Uzu tal-vari fil-festi zviluppa fpajjizna matul dawn l-ahhar erba mitt sena. Immorru lura lejn is-seklu sittax u nsibu l-ewwel vari fl-ewwel purcissjonijiet tal-Gimgha l-Kbira fir rabat, Malta. Xterrdu dawn il-purcissjonijiet, fosthom fHal Qormi fdata li ma nafuhiex, u dahal ukoll l-uzu tal-vari fil-festi titulari u fohrajn bhal, inghidu ahna, il-purcissjonijiet tal-Madonna tar-Ruzarju. Fis-seklu sbattax diga kellna l-maghrufa statwa ta San Pawl li saret minn Melkjorre Gafa. Zdiedu ohrajn, bil-mod hafna ghall-ewwel, inkluz manikin imlibbes ta San Nikola fis-Siggiewi. FHal Qormi konna fost ta l-ewwel li kellna vara titulari, dik ta San Gorg, fis-seklu tmintax.
PIETRU FELICI L-ISKULTUR TAL-VARA TA SAN GORG
TAFU GHALIEX L-ISTATWA TA SAN GORG
HIJA TANT SABIHA? GHAX SARET MINN
QALB QORMI (DUN PAWL ATTARD
22 TA GUNJU 1981)
Pietru Felici twieled Hal Qormi nhar 22 ta Dicembru 1669, iben genituri li tnejn kienu wkoll Qormin: Wistin Felici u Grazzja Mallia li zzewgu fil-Knisja parrokjali ta San Gorg nhar it-28 ta Frar, 1666. Maz-zwieg taghhom kellhom hamest itfal. Pietru gie mghammed fl-istess jum fil-Knisja ta San Gorg. Wara l-mewt ta ommu fl-eta ta 29, missieru zzewweg ohra, u erhewlha l-Isla. Fl-Isla kien hemm jghix Anton Zahra li kien wiehed wiehed mill-ahjar esponenti li kella Malta dak iz-zmien fl-iskultura fil-gebla.
Pietru miet l-ghada, fis-27 ta Frar 1743, fl-eta ta 73 sena.
XOGHLIJIET
O BRAVU PIETRU FELICI
XKELLU JOHROG MINN TAHT IDEJK
BDIN L-ISTATWA TA SAN GORG MARTRI
LILL-POPLU QORMI, INT HENNEJT
Fil-misrah ewlieni tas-Siggiewi, hemm statwa tal-gebel li tirraprezenta lil San Nikola, fl-1732 li hija attribwita lil Pietru felici. Jidher bic-car li fdokument iehor insibu li Pietru skolpixxa l-vara processjonali u titulari ta rahal twelidu: il-Vara ta San Gorg. Dan iwaqqa ghal kollox ix-xnihat li saru li San Gorg gie maghmul minn Melkjorre Gafa. Juri wkoll li x-xoghol fuq l-istatwa beda fit-18 ta Lulju 1738, li ghaliha thallas 110 skud ghal xoghlu u 40 skud ohra ghall-erba angli li hemm fuq il-pedestall. Din l-informazzjoni ma thalli ebda dubju li San Gorg. Ricentament skond Joseph Attard instab ukoll lit-tip ta njam li uza l-iskultur huwa l-ulmu. Nimmaginaw li Pietru kellu bzonn diversi drabi jsinn l-isgorbi tieghu. Meta nitfghu harsitna lejn it-Titulari parrokjali jidher li Pietru Felici hu l-ewwel artist Malti li hadem, fart twelidu, l-ewwel zewg statwi processjonali ta qaddisin titulari ghal zewg knejjes parrokjali Maltin: San Nikola u San Gorg. Fil-fatt, ix-xogholijiet maghrufin ta felici juru espressjoni matura ta skultura tipikament barokka li kienet fl-aqwa taghha fdawk iz-zminijiet.
IL-VARA TA SAN GORG
FI XBIHATEK IL-GMIEL U L-QLUBIJA
BIEX NISGITHOM FL-ART L-ANGLI GIET:
SAWBET DEHNA FMOHH PIETRU FELICI
BIEX FIK GABAR TAS-SEMA L-HLEWWIET
(SILTA MINN GORGI TAGHNA)
266 Sena ilu, nhar it-23 ta April 1741, jum li habit il-Hadd, harget ghall-ewwel darba processjonalment il-vara titulari ta San Gorg mill-knisja parrokjali ta Hal Qormi. Din l-informazzjoni jaghtihielna l-kapillan ta dak iz-zmien, Dun Guzepp Vella, fpagna fwiehed mir-registri parrokjali fejn kompla zied li hu stess, bil-permess tal-Isqof Fra Pawl Alpherand de Bussan, kien berikha fil-jum ta qabel fcerimonja li saret wara quddiesa u li ghaliha attenda l-poplu qormi.
Il-pedestall innifsu skolpih mghallem iehor indikat bhala Maestro Anastasio li miet ftit wara li spicca x-xoghol. Sentejn wara li zzanznet il-vara, jigifieri fl-1743, saret nicca li qamet 22 skud u 6 tari, fuq disinn ta l-Imghallem Bormliz Abram Gatt izda x-xoghol tal-Kawba nhadem minn ebanista mill-Birgu, Vincenso vassallo, fil-waqt li x-xoghol ta skultura u ntarzjar hareg mill-idejn kapaci ta manwel Buhagiar, mill-birgu wkoll. L-ispejjez thallsu mill-gbir fost il-Qormin. Fin-nicca originali, daz-zmien titqieghed il-vara ta San Mikiel Arkanglu.
PJAN
Mhemm ebda dubju li biex saret din il-vara kellu jintalab permess minghand l-isqof. Xaktarx li kollox sar bil-fomm ghax, almenu sissa, la nstabet talba biex issir il-vara ul-anqas il-permess. Jidher, fil-fatt, li t-tiswir tal-vara titulari kienet wahda mill-opri li l-Kappillan Vella ried li jigu mwettqa biex izejjen ahjar il-knisja parrokjali, il-funzjonijiet liturgici u wkoll il-purcissjoni titulari bopri li diga semmejnihom.
Ma jidhirx li kienet issir purcissjoni fil-festa tat-titular, almenu sal-1729, ghax dan l-avveniment ma jissemmiex fil-Visti Pastorali. Min-naha l-ohra jissemmew zewg ghosrien bil-kant, quddiesa solenni bil-muzika u l-panigierku. Izda issa li kienet ser issir il-vara titulari, saru preparamenti xierqa wkoll miz-zewg fratellanzi tas-Santissmu Sagrament u tar-Ruzarju li t tnejn ghamlu standardi godda, fl-1740 u fl-1739 rispettivament.
ZVILUPPI GODDA
Ghaddew il fuq minn 140 sena, u ma jidhirx li kien hemm xi zviluppi godda rigwarrd l-istatwa titulari ta San Gorg qabel qrobna lejn tmiem is-seklu dsattax. Li l-festa kompliet tikber hu fatt u dan jixhduh rapporti fl-istampa lokali li jitkellmu dwar baned, nar opri godda li zzanznu fil-knisja parrokjali. Saru diversi opri bhat-terha tal-artal maggur fl-1885 u s-sopraporta fl-1893 fil-knisja, u fit-toroq saru il-palk il-gdid tal-banda fl-1884 u l-istatwi tal-genituri ta San Gorg fl-1895.
MEWGA TA BIDLA
Jidher li lejn tmiem is-seklu dsatax tqajjem movement kontra l-arti barokka, favur li ssir vara gdida flok l-opra ta Felici. Fittra fgurnal lokali fl-1883, korrispondent anonimu fahhar lill-prokoratur Dun Guzepp Mifsud ghall-hafna opri li wettaq izda talbu jibdel l-istatwa titulari ta San Gorg. Il-korrispondent kien tal-fehma li l-istatwa l-qadima tigi preservata fin-nicca taghha u ssir ohra ahjar, bhall-figura ta San Gorg li hemm fil-pittura fil-kor, liebes libsa ta Ruman bsalib fidu il-leminija, pittura neo-klassika li wettaq Pietru Pawl Caruana fl-1843.
Xgara wara ezatt ma nafux. Dun Salv Sammut li miet fl-1951 kien jghid li dawn kienu biss xnighat, ghalkemm xi nies riedu l-bdil tal-vara umbaghad raw li ahjar jirrangaw dik li hemm. Sitt snin wara ix-xnighat jidher li l-vara l-gdida ta Valenti ingiebet Malta imma qatt ma waslet Hal Qormi. Is sacerdot Dun Anton Cachia, li miet fl-1945 kien jghid li x-xoghol ta valenti inhatt ix-xatt u nfetah hemm. Ix-xoghol deher li ma ntoghgobx u ntbaghat lura Palermo. Skond Dun Anton, kienu hadu parir minghand Karlu Darmanin li sab xi difetti li kissru l-ftehim li sar fuq il-buzzett. Nassumu li din l-istatwa kienet tirraprezenta l-figura ta San Gorg bis-salib fidu bhall-pittura ta- kor bhalma kien propost sitt snin qabel.
MODIFIKAZZJONI FIL-VARA TITULARI
Bhalma diga rajna, il-vara ta San Gorg ma tbiddlitx fl-1889. Izda sitt snin wara, sarulha xi modifikazzjonijiet li biddlu xi ftit l-opra originali ta Pietru Felici. Rapport fl-istampa lokali tana ideja cara fgara fl-1895;
Din is-sena min imur sa Hal Qormi, li tahbat nhar it-Tnejn u t-Tlieta li gejjin, 22 u 23 t April, jiehu bla dubju pjacir jara dik il-famuza statwa kif issa giet irrangata, li bejn l-iskultura, induratura u pittura, u bradella u kaxxa ta tahtha tal-kawba, intefqet soma ta dwar il-mija u ghoxrin lira
Kif jaf kulhadd, dik il-vara antika, li jghidu kienet mahduma mnidejn imfahhra, kienet tidher ftit u xejn goffa, u taw kemm-il darba s-salt biex ibiddluha, li sahansitra giebu wkoll wahda abbuzzata minn barra; izda l-poplu tar-rahal, li ghandu wisq devozzjoni kbira lejn l-istatwa antika, ried illi kieku tissewwa mill-ahjar u ma jbiddluha xejn. U hekk sar
Fkelma wahda Hal Qormi ghandhom issa vara famuza li thabbatha ma l-isbah vari li jinsabu hawn Malta. Ghallinqas ibirkuhom il-flus li nefqu fiha, u haqqhom prosit talli gharfu jerhuha ghat-tiswija fidejn imghallmin mill-ahjar bhalma huma l-iskultur Bugeja, induratur Gauci, u l-famuz pittur Cali.
L-erba angli zghar, li qeghdin fuq il-mensoli tal-pedistall, ma kellhomx, bhalma ghandhom illum, skrizzjoni fidejhom. Minflok kellhom il-gilju, bukkett tal-ward, il-frott u fjamma tan-nar li kienu jfissru s-safa, il-fwieha tal-qdusija, it-tjieba u z-zelu ghar-religjon Nisranija rispettivament.
Il-Modifiki fl-istatwa saru fi-xar, fil-mantell u fl-elmu fil-waqt li lid-dragun tawh par gwienah li kienu neqsin fl-original. Iccekken xi ftit, mill-wisa tieghu, il-pedestall. L-ahhar darba li gie indurate il-pedistall kien fl-1976 minn Manwel Farrugia fuq l-inizzjattiva tal-arcipriet Dun Gelard Frendo. Fl-1984 minhabba makkjatura, il-karnaggjon tal-wicc rega nzebah minn Alfred Camilleri Cauchi.
XEBH
Hawn min jahseb li l-vara ta San Gorg, kif skolpieha l-iskultur Felici, mhix ghal kollox unika fis-sens li fMalta tezisti statwa tixbaghha hafna. Qieghed nghid ghal statwa tal-gebel li tirraprezenta lil San Gwann Battista u li qieghda fl-Oratorju ta l-Onorati fil-Knisja tal-Gizwiti fil-Belt. Harsa lejn din l-istatwa, iggieghlek tahseb li kemm hi u kemm il-vara ta San Gorg hargu mill-istess id. Izda nota mwahhla mal-bieb ta l-Oratorju ta l-Onorati fil-knisja tghidilna li din l-istatwa, li qieghda fuq ix-xellug tal-artal, hi opra ta skultur li jgib l-isem ta Bartholomeo Danvillo li hadem ukoll l-istatwi l-ohra li hemm fl-istess post. Dan Danvillo xaktarx kien Sqalli li emigra u hadem fMalta. Tajjeb inzommu frasna li kemm Felici kif ukoll Danvillo kienu skulturi lokali igifieri hadd minnhom ma kien maghruf barra gziritna. Seta ghalhekk, dawn iz-zewg skulturi kellhom l-istess sors ta ispirazzjoni u kif gara fl-istatwa tal-Madonna ta Haz Zebbug, Felici skolpa fuq disinn ta haddiehor.
Ricerkaturi ricenti sabu li dawn iz-zewg statwi, bmod dirett jew indirett, inhadmu fuq il-figura ta MARTRI li originarjament tfassal minn Melkjorre Gafa u li illum tinsab fil-Muzew tal-Arti, Valletta.
PALMA, HAGAR PREZZJUZ, DIJADEMA U SANDLI
SANDLI, PALMA U DIJADEMA
TAD-DEHEB DAWN LI L-QLUB OFFREW
INLIBSUWOMLOK FIL-JUM TA-FESTA
BIEX MA MALTA JITGAWDEW
Fl-1939, fi zmien il-Kappillan Dun Anton Vella (Aktar tard Arcipriet u Monsinjur), inbidlet il-palma originali u saret ohra aktar rikka tad-deheb. Din turi fergha ta palma bi tliet kuruni mdahhlin fiha, simboli tad-diversi martitji li soffra San Gorg. Parti mid-deheb uzat kien minn diversi oggetti, bhall-imsielet, li taw il-parruccani. Nhar is-16 ta April, 1939 il-palma l-gdida tbierket mill-Isqof Dom Mawru Caruana OSB. Giet indurata wkoll id-dijadema. Dik is-sena il-festa saret fil-21 ta Mejju.
Lejn tmiem il-parrokat tal-Arcipriet Vella (1934 1955), fl-1953 gie celebrat it-33 cinkwantinarju mill-mewt ta San Gorg li sehhet fis-sena 303 W.K. Qisu biex issir bhal thejjija ghal din ic-celebrazzjoni, fl-1951 zdietet opra ohra fil-vara titulari li kienet tikkonsiti fli twahhlu disa hagriet prezzjuzi: tliet topazji, tliet ezmeraldi u tliet rubini. Tqieghdu tliet hagriet fuq kull sandli u tlieta ohra mac-cinta tal-ghonq tal-korazza flimkien ma numru ta djamanti fic-cintorn tal-qadd.
Fl-1957, fil-parrokat tal-Arcipriet Dun Gerard Frendo, aktar tard Monsinjur, izanznet id-dijadema tad-deheb li tintuza fil-jiem tal-festa. Id-disinn hu ta manwel Buhagiar u l-ispejjes thallsu mis-Sinjur C. Borg u mis-Sinjorina C.Camilleri. It-tberik sar nhar il-Hadd, 26 ta Mejju. L-ewwel sar marc mill-Banda San Gorg Martri u mbaghad, fuq iz-zuntier, sar diskors ta l-okkazjoni mill-avukat Gorg Zammit. Ic-cerimonja tat-tberik saret minn Monsinjur Carmelo Sammut li fl-istess sena, halla fit-testment tieghu s-salib pettorali tad-deheb biex jitlibbes ma l-ghonq il-vara.
Bdigriet tat-30 ta Jannar 1991, il-kurja Arciveskovili ta Malta laqghet talba mill-Kumitat Festi Esterni San Gorg, maghmula permezz ta l-Arcipriet il-Kanonku Dun Karm Aquilina, biex isir sandli tad-deheb ghall-istatwa ta San Gorg fl-okkazjoni ta eghluq il-250 sena minn meta zzanznet din il-vara titulari. Ix-xoghol, fdeheb ta 22 karat, gie fdat fidejn l-argentier Louis Carabott tal-Marsa wara li l-iskultur Alfred Camilleri Caughi ha forma ta riglejn l-istatwa. Ic-cerimonja ta inawgurazzjoni u t-tberik ta din l-opra gdida saret is-Sibt 22 ta gunju 1991 waqt fserata muziko-letterarja.
BANKUN, BRADELLA U FURCINI
Meta fl-1895 saru modifiki fil-vara titulari, izzanznu wkoll bankun u bradella tal-kawba li baqghu jintuzaw ezattament 90 sena, jigifieri sal-1985, meta posthom ittiehed mill-opra artistika li hi wzata llum il-gurnata. Kien it-12 ta Gunju 1981 meta l-Arcipriet Dun Pawl Attard ipprezenta rikors lill-Kurja biex isiru bankun u bradella godda fuq disinn tas-sur Frans Treeby Decelis.
Il-progett gie approvat fit-18 ta Awissu 1982 u tbierek nhar il-Hadd 23 ta Gunju 1985 mill-Arcipriet Dun Edgar Attard. L-ghada tqieghdet fuqu listatwa titulari ta San Gorg u l-bradella ntuzat processjonalment l-ewwel darba fit-30 ta Gunju 1985.
Fin-nofs tal-erba faccati tal-balkun hemm erba panewijiet tal-bronz, li jirrapprezentaw lill-San Gorg waqt il-martirju tieghu, San Gorg in Gloria, Papiet u Ditturi li kitbu fuq San Gorg, u l-qima moghtija lil San Gorg mill-gnus.L-erba kantunieri huma mzejnin berba rapprezentazzjonijiet li spikkaw fil-hajja nisranija ta San gorg li huma, l-Fortitudni, il-Fidi, it-Tama, u l-Imhabba. Il-mudelli u l-panewijiet saru mill-idejn l-iskultur Alfred Camilleri Cauchi.
Ix-xoghol ta linjam tal-gewz sar minn zewg imghallmin Qormin, Guzeppi Curmi u Gorg Debono. L-Intarzjar fl-injam sar mill-istess disinjatur, frans Treeby Decelis, fil-waqt li l-iskultura fl-injam hi xoghol l-imghallem skultur Salvatore Bugeja. Imghallem qormi iehor, Nazzareno Darmanin ha hsieb ix-xoghol tal-ostru u maccettax hlas ta xoghlu.
Fil-festa tal-1987, izzanznu sett furcini godda biex jikkumplimentaw il-bankun u l-bradella. Sentejn wara izzanzan il-bankun tal-furcini, li nhadem mill-imghallem Gorg Debono fil-waqt li l-iskultura fl-injam u d-disinn saru mill-iskultur Salvatore Bugeja.
RFIEGH
Fit-23 ta April 1741 li kif diga ghidna li habat il-Hadd inharget ghall-ewwel darba il-vara ta San Gorg. Il-parrocca ta San Gorg iccelebrat il-250 anniversarju tal-vara titulari fl-1991. Ma jfissirx li l-vara, sa l-2007 inharget 266 darba ghax fi zmien krizijiet nazzjonali hal nghidu ahna, fi zmien l-Imblokk tal-francizi u t-Tieni Gwerra Dinjija, festi ta barra ma sarux fil-waqt li l-vara gie li harget aktar minn darba fxi okkazjonijiet ohra bhal l-erba pellegrinaggi li saru lejn is-santwarju tal-Madonna tal-Hlas fl-1850, fl-1854 u fl-1870 minhabba l-mard tal-kolera u nuqqas ta xita. Fl-2003 sar pellegrinagg fit-22 ta April biex ifakkar is-sbattax il mitt sena mill-martirju ta San Gorg.
KONKLUZJONI
Iz-zewg statwi, ta San Nikola u ta San Gorg,. Huma espressjoni tipika ta skultura barokka li dik il-habta kienet fl-aqwa taghha..
Niltaqghu ma ghadd ta statwi tal-Madonna tar-Ruzarjufparrocci fMalta, kif ukoll xi statwi ohra. Dawn, flimkien ma l-istatwi ta San Gorg u San Nikola, huma d-dokumentazzjoni l-aktarantika ta xoghol ta skultura fl-injam ta certu valur li ghandna fil-knejjes taghna u li nafu li saru fMalta.
MONS. Prof. Vincent Borg D.D, H.E.D., Arch.Chr.L.,
Professur tal-Istorja tal-Knisja u Arkeologija Kristjana,
Univesita ta Malta.
(INFORMAZZJONI MEHUDA MILL-KTIEB TA JOE GRIMA IL-VARA TITULARI TA SAN GORG FHAL QORMI 1741 1991)
Il-Knisja
Il-Knisja ta San Gorg hija wahda interesanti hafna specjalment il-mod kif zviluppat u l-kors li hadet biex waslet kif nafuha llum. Min dokumenti antiki jidher li fl-1456 kienet diga tezisti knisja ddedikata lil San Gorg Martri fdawn l-inhawi fejn hija mibnija l-knisja llum.
Bhala parrocca din kienet diga msemmija mill-Isqof Senatore de Mello fil-vizita pastorali li kien ghamel fMalta fl-1436 u kienet wahda mill-ewwel ghaxar parrocci. Mons. Isqof Pietro Duzina fil-vizita pastorali tieghu fl-1575 isemmi li fHal Qormi kien hemm 22 knisja, li 16 minnhom kienu fir-rahal u sitta fil-kampanja. Hu jaghti deskrizzjoni ta kull wahda minnhom u jghid fliema stat kienu jinsabu. Fost dawn jitkellem fit-tul fuq il-knisja ta San Gorg Martri li jsejhilha bhala parrokjali.
Il-Knisja ta San Gorg hadet kwazi 100sena biex spiccat kif nafuha llum. Dan ma jfissirx li damet tinbena 100 sena. Ir-raguni ghal dan kien il-fatt li l-ewwel parti li nbniet minn din il-Knisja kienet il-korsija u n-navati li kienu lesti fl-1610. din kienet forma ta knisja rettangulari tixbah hafna lill-Katidral ta San Gwann fil-Belt Valletta. Fiz-zmien ta wara li nbniet l-ewwel partri tal-knisja ta San Gorg, il-knejjes bdew jinbnew forma ta salib latin, jigifieri mhux forma ta; Troll imma bdew jinbnew il-kappelluni u l-kor u ghalhekk il-knisja kienet tigi forma ta salib. Il-Qriema hasbu biex ikabbru l-Knisja u jzidulha l-kor u l-kappelluni, progett li kien jitlob spejjez kba. Il-knisja kif kienet ma kenitx mahsuba li jkollha koppla u ghalhekk kellhom jittiehdu l-prekawzjonijiet necessarji biex dan il-bini seta jsir.
Dan ix-xoghol kien lest ghall-habta ta l-1650. Fl-1684 kienet lesta mill-bini l-koppla maestuza ta din il-knisja. Xoghol l-arkitett Malti Lorenzo Gafa. Din il-koppla kienet bicca xoghol iebsa meta tqis li l-pilasdtri li nbniet fuqhom ma kienux mahsuba biex jerfghu dak il-piz ta koppla izda Gafa haseb biex issahhahom u jaghmilhom ta min jafdahom bdak il-piz fuqhom. Sistema ohra li addatta Gafa fuq din il-koppla kienet li jaghmlilha twieqi kbar hafna biex ihaffef il-piz. Din kienet sistema gdida fil-bini tal-koppli ghax sa dak iz-zmien koppla kien ikollha twieqi zghar hafna jew xejn. Ghalhekk nistghu nghidu li din il-koppla tal-Knisja ta San Gorg fHal Qormi fethet it-triq ghal xoghlijiet ohrajn li saru warajha.
Il-knisja giet solennament konsagrata fis-6 ta Mejju 1731 mill-Isqof Alferan de Buzzan. L-istil li mibnija fuqu huwa dak Doriku u fiha kor, zewg kappelluni u korsija bin-navi fil-gnub. Fiha nsibu erbatax il artal.